€185,000 – daqhekk huwa l-kumpens li l-Qorti ordnat li jingħata eks surġent tal-Pulizija wara li tkeċċa mill-Korp b’mod inġust, 15-il sena ilu.
Meta Michael Buttiġieġ kien surġent u bit-tir li jilħaq spettur, bgħat għaih l-Assistent Kummissarju, dak iż-żmien John Rizzo, u akkużah b’kompliċità f’każ ta’ serqa minn bank. Minkejja li l-Kummissjoni tas-Servizzi Pubbliċi kienet irrakomandat li Buttiġieġ jitkeċċa mill-Korp, fl-ebda ħin ma bagħtet għalih biex tisma’ x-xhieda tiegħu. Huwa tkeċċa mill-korp fl-2001.
Illum il-Qorti qalet li għandu jerġa’ jiddaħħal fil-Korp bl-istess pożizzjoni li kellu meta tkeċċa’. Għandu jirċievi s-salarji u l-benefiċċji kollha dovuti lilu sal-lum.