Jesmond Gauci ta’ 49 sena mix-Xagħra u li kien qassis baqa’ ma ngħatax lura l-liċenzja ta’ għalliem.
Dan wara li f’Marzu 2014, huwa kien instab ħati li mess b’mod indiċenti tifla.
Huwa nstab ħati li kkommetta attentat vjolenti fuq il-pudur tat-tfajla.
Waqt il-każ, tliet tfajliet kienu allegaw li l-eks qassis messhom b’mod indiċenti, iżda nstab ħati li wettaq dan ir-reat fuq tfajla waħda minnhom biss.
L-eks qassis ma kienx instab ħati li kellu x’jaqsam sesswalment magħhom u lanqas li uża b’mod ħażin mezzi ta’ komunikazzjoni.
Gauci kien ġie kkundannat sena ħabs sospiża għal tliet snin u kellu din il-liċenzja t’għalliem sospiża.