Eks uffiċjal tal-pulizija ta’ 34 sena u li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, se jerġa’ jgħaddi ġuri b’rabta ma’ akkużi ta’ allegat stupru fuq pulizija mara fl-Għassa tal-Imsida.
Dan wara li l-Qorti tal-Appell Kriminali, ippreseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-Imħallfin Giovanni Grixti u Edwina Grima, laqgħet l-appell li tressaq quddiemha mill-Avukat Ġenerali.
F’Marzu tal-2023, f’ġuri ppreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, l-eks uffiċjali ma kienx instab ħati fuq l-allegazzjoni ta’ stupru, iżda sabitu ħati li ffastidja rekluta u ta’ dan weħel sena ħabs sospiżi għal sentejn.
L-Avukat Ġenerali appellat mill-fatt li nżammet stqarrija biex tiġi esebita bħala prova u li fiha l-pulizija kien ammetta li stupra lill-kollega.
Il-Qorti laqgħet it-talba u b’hekk ordnat lill-akkużat jerġa’ jgħaddi ġuri, biex l-istqarrija tiġi esebita.