Is-Sibt filgħodu grupp ta’ eks plejers tat-tim Nazzjonali Malti ngħaqdu flimkien biex jagħtu rikonoxximent lil Fr Hilary Tagliaferro, persuna li ta ħafna lill-futbol Malti speċjalment fejn jidħol l-iżvilupp ta’ plejers żgħażagħ. Fr Hilary twieled fit-28 ta’ Ottubru tas-sena 1934 f’Ħal Tarxien, l-karriera kalċistika tiegħu bdiet ġewwa l-Oratorju f’Ħal Tarxien, fejn hemmhekk kien jilqa’ diversi tfal li kellhom tant għal qalbom il-logħba tal-futbol, u eventwalment huwa spiċċa kowċ ta’ Tarxien kif ukoll Hibernians peress li dawn kienu kollha tfal li attendew l-Oratorju. Fis-snin sebgħin huwa waqqaf iċ-ċentru sport edukattiv fejn minn hemmhekk ħarġu plejers li llum il-ġurnata jissejjħu leġġendi tal-futbol lokali f’pajjiżna, Fr Hilary wettaq ukoll xogħol ġurnalistiku Sportiv lokali u anke barra minn xtutna li laqqaw ma’ plejers leġġendi tal-futbol mondjali fostom il-Brażiljan Pele’ li kien ukoll stiednu għall-mawra fil-gżejjer Maltin. Iktard tard ħolma oħra li wettaq kienet il-Millenium Chapel ġewwa San Ġiljan.
ONE News kien preżenti waqt din is-serata ta’ rikonoxximent fejn ltqajna ma’ numru kbir ta’ eks plejers tat-tim Nazzjonali, u tkellimna ma’ wieħed minnom, Raymond Vella ‘Il-Mundu’ , li qalilna li għalih F Hilary kien pilastru fil-karriera tiegħu.
‘’Fr. Hilary naħseb kien kollox għalija tista’ tgħid il-karriera meta kelli tnax il-sena anzi konna fiċ-ċentru fetaħ iċ-ċentru, bażikament kien strumentali għalija.’’
Raymond Vella, Eks Plejer Nazzjonali
Iltqajna wkoll mal-President Emeritu Dr George Abela fejn qalilna kif bdiet ir-relazzjoni tiegħu ma’ Fr. Hilary.
‘’Kont ninżel il-Floriana ċ-ċentru sports Edukattiv hekk bdiet ir-relazzjoni u għadni kemm rajt il-minuti tal-laqgħa ġenerali li kont attendejt imbagħad naturalment iktar tard fl-82 meta sirt president tal-MFA naturalment Fr. Hilary tajnih irwol ta’ Direttur tekniku tat-tim Nazzjonali Malti.’’
George Abela, President Emeritu
Fl-aħħar u mhux l-inqas staqsejna lil Fr. Hilary x’fisser għalih dan ir-rikonoxximent u din il-laqgħa ma’ dawn l-eks plejers.
‘’Nirringrazzja lill-bambin ta’ din il-ħajja li tani, u ta’ dawk kolla li baqgħu japprezzaw dak li ħadu, jien ma kontx waħdi f’dawn il-pożizzjonijiet, imma kienu huma stess li tawni l-ħajja, dak li tajtom jien, jien ħadt iżjed milli tawni lura.’’
Fr Hilary Tagliaferro, Saċerdot