Sunday Eboh, Niġerjan u eks plejer tal-futbol Malti ntbagħat tliet snin ħabs wara li nstab ħati ta’ ħasil ta’ flus permezz ta’ relazzjoni virtwali magħrufa aħjar bħala romance fraud.
Il-każ imur lura tliet snin ilu, meta Eboh kien parti minn grupp li ffrodew €58,000 lill-mara anzjana.
Dan hekk kif huma vvintaw storja dwar suldat Amerikan li lesta mill-gwerra u kien ġej lejn Malta u beda jitlob l-għajnuna ta’ din l-anzjana.
It-tranżazzjonijiet kienu f’ammonti żgħar u f’diversi banek lokali.
Apparti s-sentenza ta’ priġunerija, Eboh ingħata multa ta’ €20,000.
Tony Ogbona ntbagħat 28 xahar ħabs, waqt li jrid iħallas multa ta’ €15,400.
Waqt li Alexandra Pace ngħatat multa ta’ €200, wara li nstabet ħatja li għamlet dikjarazzjoni falza.