L-eks plejer ta’ diversi timijiet Franċiżi, Jean-Pierre Adams li ilu għal dawn l-aħħar disgħa u tletin sena f’koma, miet fl-età ta’ tlieta u sebgħin sena.
Adams iddaħħal l-isptar lura f’Marzu tal-elf, disa’ mija u tnejn u tmenin għal operazzjoni fl-irkoppa iżda qatt ma qam wara l-operazzjoni minħabba żball li sar fil-loppju li ngħata.
Il-plejer li twieled is-Senegal, lagħab aktar minn mija u erbgħin logħba f’isem Nizza u kif ukoll għal Paris St-Germain.
Fil-jum li saret l-operazzjoni ta’ Adams, kien hemm strajk fl-isptar ta’ Lyon. Il-ħaddiem li ħa ħsieb lil Adams, li dak iż-żmien kien għadu qed jitrenja, qal li ma kienx kapaċi għal biċċa xogħol li ngħatat lilu.