L-ex nutar Pierre Falzon ta’ sebgħa u ħamsin sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin u ordnat irodd kważi tlettax-il elf ewro lill-klijenti tiegħu wara li nstab ħati l-flus kien qiegħed iżommhom għalih.Il-każ beda jiġi investigat mill-pulizija fl-elfejn u ħdax wara li waslulha ilmenti lin-nutar kien qiegħed iżomm għalih il-flus li kien qed jingħata mill-klijenti tiegħu.
Fil-Qorti, l-Assistent Kummissarju Ian Abdilla spjega kif il-klijenti baqgħu b’xiber imnieħer wara li n-nutar telaq lejn Spanja.
Fil-Qorti, ngħad li rrinunzja mill-professjoni tiegħu u għamel dak li għamel għax sab ruħu f’diffikultajiet finanzjarji kbar wara li mardet il-martu.