L-eks segretarju tal-edukazzjoni fir-Renju Unit, Justine Greening sejħet għat-tieni referendum fil-pajjiż b’rabta mal-ftehim ta’ Brexit.
Hija ddeskriviet il-proposti ta’ Theresa May bħala l-agħar miż-żewġ dinjiet. Greening saħqet li d-deċiżjoni finali għandha tingħata lura lill-poplu. Dan fl-istess waqt li fissret li hemm tliet għażliet: il-ftehim tal-Prim Ministru, li jibqgħu fl-Unjoni Ewropea jew inkella brejk mill-Ewropa mingħajr ebda ftehim.
Greening, li rriżenjat wara r-reshuffle tal-kabinett lura f’Jannar li għadda qalet li r-referendum għandu joffri vot tal-ewwel u t-tieni preferenza sabiex jintlaħaq konsensus.