Tonio Fenech jgħid li ra l-inċident li tefa’ lil Dorianne Camilleri l-ħabs. L-għalliema ta’ 34 sena ġiet ikkundannata ħames snin priġunerija wara li l-Qorti sabitha ħatja li f’Mejju 2011 tajret żewġ aħwa anzjani f’Ħ’Attard.
Il-Qorti qalet li l-mara qatlet wieħed mill-aħwa b’mod involontarju. Wara, bdew jitkellmu nies li raw l-inċident. Konna aħna li intervistajna l-ewwel xhud li tkellmet u qalet li snin ilu rat l-inċident iseħħ.
Iżda issa tkellem ukoll l-eks Ministru Tonio Fenech.