Deputat ieħor mill-partit li jmexxi l-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson għamel talba għar-riżenja ta’ Johnson.
Dan fost is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Prim Ministru Ingliż minħabba allegazzjonijiet li kien attenda festin, li ġie organizzat mill-ħaddiema tal-uffiċju tiegħu, waqt li l-pajjiż kien f’lockdown.
L-eks Ministru Nick Gibb huwa l-aħħar membru parlamentari konservattiv li ssottometta ittra ta’ sfiduċja f’Johnson.
Intant, is-sit Daily Mail qed jirrapporta li fost it-300 ritratt li għandhom il-pulizija Ingliża b’rabta mal-investigazzjoni li qed issir fuq 12-il festin li allegatament saru fi żmien ta’ lockdown, hemm ritratt tal-Prim Ministru Ingliż b’bott birra f’idu fil-Kamra tal-Kabinett. Qed jingħad ukoll li miegħu kien hemm il-Kanċillier Rishi Sunak.
L-allegat festini saru fi żmien meta fir-Renju Unit kien hemm fis-seħħ limitazzjoni dwar kemm-il persuna jistgħu jiltaqgħu ġewwa, din kienet fost waħda mir-restrizzjonijiet biex titrażżan l-imxija.