L-Assoċjazzjoni tal-Ex Membri Parlamentari Maltin minn zewg naħat ta’ l-isfera politika issottomettew diversi proposti ta’ kif għandu jiġi u jitmexxa l-Parlament ta’ pajjiżna fil-futur ġejjieni.
Fost il-proposti hemm li kull persuna li tiġi eletta fl-għola kariga tal-pajjiż għandha tidħol f’din il-kariga fuq bażi fulltime.
Fi kliem l-Assoċjazzjoni: “Dan l-aspett finanzjarju ippoġġi lill kull Membru fuq bażi soda li jkun finanzjament indipendenti. Fil-preżent huma dawk biss fil-karigi ta’ Ministri jew Segretarji Parlamentari flimkien mal-Kap ta’ l-Oppozizzjoni li huma ikkonsidrati bħala full timers”.
L-Assoċjazzjoni qalet li kull Membru Parlamentari għandu ikun finanzjament indipendenti u għaldaqstant ghandu/a jingħata rimunerazzjoni xierqa u mistħoqqa u mhux “il-miżerja li membri parlamentari kienu u qed jingħataw fil-preżent”.
Fi kliemha: “hija anomalija grassa kif Ministru, Segretarju Parlamentari, id-Deputat Prim Ministru u fuq kollox il-Prim Ministru u Kap ta’ l-Oppożizzjoni għandhom dħul finanzjarju ferm u ferm anqas minn professjonisti oħra f’kull qasam. Għalhekk nissuġġerixxu li huma dawn li l-aktar għandhom ikollhom rimunerazzjoni parlamentari fil-pajjiż. Hija redikola li xi membri parlamentari igawdu dħul finanzjarju ferm aktar minn dawn imsemmija.”
Qed tipproponi wkoll li tabib jew speċjalist ikun jista’ jipprattika l-mestier tiegħu/tagħha darba jew darbtejn fil-ġimgħa fi sptarijiet/bereġ tal-Gvern mingħajr ħlas. Madanakollu jemmnu li professjonijiet oħra ma jistgħu jiġu pprattikati matul iż-żmien li persuna tkun membru fil-Parlament. Dan, temmen l-Assoċjazzjoni, ineħħi kull dubju mill-pubbliku in ġenerali taċ-ċittadin li peress li persuna tkun Membru Parlamentari tista’ tinfluwenza li awtoritatjiet governattiva li tkun qed tidher quddiema.