L-Eks konsulent ta’ Trump, Steve Bannon ġie arrestat u akkużat dwar frodi fuq kampanja ta’ ġbir ta’ fondi bil-għan li jinbena ħajt fil-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Messiku.
Id-Dipartiment tal-Ġustizzja Amerikan, qal li Bennon flimkien ma’ tliet persuni oħra qarrqu b’eluf ta’ donaturi li taw b’25 miljun dollaru f’fondi għall-kampanja: ‘We build the wall.’
Skont l-istess Dipartiment, l-eks konsulent ta’ Trump irċieva mal-miljun dollaru biex ikopri spejjeż personali. Huwa mistenni jitressaq il-qorti Amerikana fis-sigħat li ġejjin.