L-eks-membru tal-Iron Maiden, Blaze Bayley, illum se jkanta fit-Teatru Orpheum flimkien ma’ bands Maltin.
Fit-tnedija ta’ dan il-kunċert, il-Ministru responsabbli mill-Kultura Owen Bonnici qal li din hija vettrina għall-mużiċisti Maltin, f’dan il-każ għal bands mill-ġeneru metal, li huwa popolari ferm f’Malta u segwit minn ħafna dilettanti. Minkejja ċ-ċokon ta’ pajjiżna, hawn abbundanza ta’ talent.
Waqt il-programm Pjazza qabel il-kunċert, Blaze Bayley nieda music video għall-ewwel darba. Tista ssegwih hawn: