L-eks Kandidat tal-Parlament Ewropew Michael Mercieca ħabbar li se jtemm il-ħidma politika tiegħu fil-Partit Nazzjonalista, wara erbgħin sena.
Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew f’Mejju li għadda, Michael Mercieca kien kandidat mal-Partit Nazzjonalista. Iżda jidher li sitwazzjoni ta’ ġlied u firda li hemm fil-Partit, waslet lil Mercieca sabiex jitlaq mill-Partit Nazzjonalista.
Fuq Facebook, huwa kiteb li wara erbgħin sena ta’ servizz lill-Partit u għall-ġid tal-pajjiż, wasal ż-żmien tiegħu li jirtira għal dejjem mill-Partit Nazzjonalista u mix-xena poltika.
B’Michael Mercieca kiteb li mhux qiegħed ikun liberu jitkellem:
“Waqt li żgur nibqa nsegwi dak li qed jiġri fix-xena politika tagħna, nippreferi li nkun liberu biex nitkellem kif nixtieq u nkun liberu min kull rbit” kiteb Mercieca.
Michael Mercieca ilu erbgħin sena jagħti s-servizz lil Partit Nazzjonalista, fejn ikkontesta għal diversi drabi l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Nazzjonalista.