Eks infermier Ġermaniż ammetta li qatel 100 pazjent b’dożi għolja ta’ mediċina, meta dawn tpoġġew taħt il-ħarsien tiegħu.
Niels Högel,ta’ 41 sena, diġà qed jaffaċċa sentenza ta’ għomor il-ħabs minħabba sitt imwiet ta’ pazjenti li kienu qed jieħdu l-kura mingħandu.
Qorti fit-tramuntana tal-Ġermanja semgħet kif l-akkużat qatel 36 pazjent fi sptar f’Oldenburg, u 64 f’Delmenhorst bejn l-1999 u l-2005.
Mistoqsi mill-Qorti jekk l-akkużi miġjuba kontrih humiex minnhom, l-akkużat qal li huwa ħati ta’ “bejn wieħed u ieħor kollha kemm huma”. Huwa qal ukoll li għamel dan biex jimpressjona lill-kollegi tiegħu bid-dożi li jagħti lill-pazjenti.