Eks impjegat fl-Università ta’ Oxford jammetti li qatel raġel f’Chicago lura fl-2017.
Skont l-istqarrija tiegħu mal-Pulizija Andrew Warren li għandu 58 sena attakka lil Trenton Cornell, li waqt il-ħin tal-aggressjoni kien rieqed.
Warren u l-kompliċi tiegħu Wyndham Lathem kienu ilhom jiġu mfittxija għal 8 ijiem qabel ma marru huma stess għand il-Pulizija. Minkejja dan Lathem, li huwa eks professur f’Università fl-Amerka, ma ammettix l-akkużi miġjuba kontrih.
Warren kkolabora mal-Pulizija billi ta evidenza li tinkrimina lil Lanthem, bil-għan li hu jingħata biss sentenza ta’ 45 sena ħabs.
Il-vittma ta’ 26 sena instab b’aktar minn 40 daqqa ta’ sikkina, fis-27 ta’ Lulju 2017. Il-Pulizija stqarret li f’dak il-perjodu Lathem kien qiegħed f’relazzjoni mal-vittma. Il-Pulizija tenniet li aktarx Lathem beda jagħti d-daqqiet ta’ sikkina lil Cornell, filwaqt li Warren għalaqlu ħalqu, tah daqqa ta’ lampa u daqqiet oħra f’sidru.
Kemm Warren kif ukoll Lathem ġew sospiżi mill-karigi tagħhom fl-Universitajiet rispettivi li kienu jaħdmu fihom.