L-eks imħallef Philip Sciberras fetaħ libell kontra l-ġurnal the Times of Malta wara l-pubblikazzjoni ta’ żewġ artikli fejn qalu li huwa għamel pressjoni fuq it-Teżor sabiex jieħu pensjoni ta’ Membru Parlamentari.
Ir-rapporti qalu li Dr Sciberras ingħata privileġġ u ħa pensjoni riżervata għall-Membri Parlamentari u qalu wkoll li huwa stenna lill-Partit Laburista jitla’ fil-Gvern sabiex japplika għal din il-pensjoni.F’risposta għall-artikli, l-Avukat Andrew Sciberras qal li l-artikli ppubblikati fil-ġurnal u s-sit elettroniku tat-Times of Malta huma bla bażi, mimlija inkoretezzi u allegazzjonijiet libellużi.
Dan kollu bid-detriment għar-reputazzjoni u integrità tal-eks Imħallef Sciberras.
Huwa sostna li sabiex persuna jkun eliġibbli għal-pensjoni ta’ Membru Parlamentatri jrid ikun serva fil-kariga għal xejn anqas minn ħamsa u sittin xahar mentri minn naħa tiegħu Dr Philip Sciberras serva għal tlieta u disgħin xahar, tletin xahar aktar mill-kwota kif stipulata mill-liġi.