Eks ħaddiema ta’ ħanut tal-elettroniċu ġiet ordnata mill-Qorti biex tħallas €108,593 lis-sidien tal-ħanut li kienet taħdem fih f’każ ċivili.
Maxlene Carabott, li tgħix San Ġwann, u taħdem bħala LSE tressqet il-Qorti akkużata li ħadet flus mingħajr id-dritt jew il-permess tal-klijenti, u s-sidien, ammonti kbar ta’ flus mingħand diversi klijenti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Adrian u Lorraine Ellul, sidien ta’ negozju, fittxu lil Carabott għad-danni fl-2016.
Ibbażat fuq l-evidenza mressqa, il-Qorti ddeterminat li Carabott kienet responsabbli għat-telf finanzjarju li sofrew is-sidien, bil-każ kriminali kontra l-akkużata se jkun qed ikompli fi proċedura separata.