Il-Konferenza Ġenerali b’riżoluzzjoni speċjali tista’ għar-raġunijiet eċċezzjonali tiddikjara delegati preżenti jew passati bħala delegati onorarji.
Fil-fatt hekk għamlet, dan hekk kif il-President tal-Partit Laburista Daniel Micallef ressaq reżoluzzjoni fuq ix-xewqa tal-Prim Ministru, f’isem l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista biex sitt persuni li servew fil-kariga ta’ Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u li matul iż-żmien ħadmu bla heda fi ħdan il-Partit Laburista jinħatru delegati onorarji.
Id-delegati onorarji, jkollhom id-dritt tal-vot bħala delegati tul ħajjithom kollha. Il-Konferenza Ġenerali Straordinarja li qed titlaqqa’ fiċ-Ċentru nazzjonali Laburista ivvotat favur li l-Eks-Deputati Mexxejja, Joe Debono Grech, Joe Brincat, George Abela, George Vella, Louis Grech u Charles Mangion jiġu ddikjarati bħala delegati onorarji.