L-eks deputat tal-Partit Nazzjonalista, Manuel Borda, innota l-mod kif il-Partit Nazzjonalista mexxa l-proċess fil-konfront ta’ Jean Pierre Debono, l-Assistent Segretarju Ġenerali, li kien involut f’każ fejn il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista sabet iffalsifikar ta’ dokumenti.
Jinnota kif wara laqgħa tal-Kunsill Amministrattiv, ma ġara xejn għalkemm l-uffiċjali, li fl-artiklu ma semmihx b’ismu, instab ħati. “Possibbilment għax il-Kap il-ġdid argumenta favurih,” qal Manuel Borda fl-artiklu tiegħu. Sostna li l-fatt li ma saritx investigazzjoni jfisser li hemm dubju dwar il-leġittimita tal-Kap il-ġdid. “Il-Partit mhux ikun trasparenti fit-tmexxija tal-problemi interni tiegħu,” qal Borda li indika favoritiżmu għal dan l-akkolt ta’ Adrian Delia, proprju għax ħadimlu biex isir kap.
Borda tenna li ladarba kien hemm il-każ ta’ dawn il-firem il-kwistjoni ma kelliex titwarrab fil-ġenb bi prezz għal kandidati oħra. “Hawn il-leġittimita tar-rebbieħ saret dubjuża,” iddikjara b’mod ċar l-eks deputat u veteran tal-Partit Nazzjonalista Borda.
Dan kienu tnejn minn ħames żbalji li jsemmi l-ekonomista Borda.
L-oħrajn huma li meta kienu sottomessi n-nomini għat-tmexxija ma kien hemm ebda kriterja stabbilita.
Żball ieħor hu dak li l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista ma kienux kapaċi jinvestigaw allegazzjonijiet serji fil-konfront ta’ wieħed mill-kandidati prospettivi.
Borda fetaħ fuq dan l-argument u kif anke l-kumitat etiku kien batut fir-reazzjoni tiegħu.
Saħansitra l-Kap li kien qed itemm il-kariga qal li b’allegazzjonijiet hekk ma kienx jikkontesta u allura Borda jinnota kemm kien dgħajjef il-Partit Nazzjonalista. Żied jgħid li jekk xejn kellu jitlaqqa’ Kunsill Ġenerali fejn il-konklużjonijiet tar-rapport ikunu komunikati.