Eluf ta’ Amerikani, Messikani u Kanadiżi nġabru flimkien biex jaraw l-eklissi, li wassal biex f’nofsinhar kien hemm dlam ċappa fuq pajjiżhom f’din l-okkażjoni rari, li l-aħħar li seħħet kien seba’ snin ilu.
Nies li tkellmu mal-midja internazzjonali dwar dan il-fenomenu, fejn il-qamar jgħatti lix-xemx kompletament, qasmu l-ħsibijiet tal-esperjenza tagħhom.
L-eklissi solari dehret l-ewwel fil-Messiku, imbagħad fi stati Amerikani u wara f’postijiet fil-Kanada.
Ħdejn in-Niagara Falls, aktar minn tliet mitt persuna saħansitra libsu lkoll kostumi tax-xemx biex jipprovaw jiksru rekord dinji simili.
Ritratti: Reuters