L-ugwaljanza trid tkun aċċessibbli għal kulħadd u l-Unjoni Ewropea trid tieħu rwol globali f’dan ir-rigward.
Iddikjarat dan il-Kummissarju-nominat għall-Ugwaljanza Helena Dalli f’sedutat maratona ta’ tliet sigħat ta’ mistoqsijiet ma jaqtgħu xejn quddiem il-Kumitat għad-drittijiet tan-nisa u ugwaljanza bejn is-sessi u l-Kumitat dwar l-impjiegi u l-affarijiet soċjali.
Helena Dalli stqarret “Equality needs to be enjoyed by everyone. The EU needs to take a global role in this area. All my life I’ve done everything in my power to improve the lives of citizens.”
Quddiem mijiet ta’ membri parlamentari Ewropej, Dr Dalli saħqet li daħlet fil-politika ta’ 17-il sena mimlija entużjażmu u idealiżmu li tista’ ġġib bidla pożittiva fis-soċjeta, b’dak l-impenn jibqa’ jgħodd illum, flimkien mal-ħsieb li l-bidla hija possibbli biss jekk il-politiċi jkollhom il-kuraġġ li jibdlu fuq kull livell.
Il-kummissarju nominat minn pajjiżna elenkat kif tul is-snin li serviet bħala Ministru tal-Ugwaljanza, hija ġġieldet biex jitkissru l-istereotipi fis-soċjeta.
Hija kkommettiet ruħha li jekk tkun ikkonfermata bħala Kummissarju tuża l-esperjenza tagħha biex madwar l-Ewropa jinbnew soċjetajiet iktar ugwali u se taħdem ukoll mal-istati membri biex l-azzjoni li tittieħed tkun azzjoni fuq livell Ewropew.
Fid-diskors tagħha Dr Dalli saħqet li se tuża kull mezz possibbli biex tippromwovi l-Ugwaljanza, u dawn fi tliet livelli: Il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, l-inklużjoni sħiħa tan-nisa u l-promozzjoni tal-ugwaljanza u l-parteċipazzjoni sħiħa fil-ħajja.
Dr Dalli ħabbret ukoll li fl-ewwel mitt jum tal-mandat tagħha, se tibda t-triq tat-twettiq ta’ bosta miri li ngħatatilha mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen.
Fost dawn hemm dik li tiġi stabblità task-force Ewropea dwar l-Ugwaljanza, l-istrateġija tal-ġeneru u li jitpoġġa fil-qafas legali il-konvenzjoni tal-Ġnus Maqgħuda dwar il-persuni b’diżabilità.
Il-mistoqsijiet li saru mid-deputati varjaw mill-fehmiet ta’ Dalli u r-rekord tagħha fil-qasam tal-Ugwaljanza, sa mistoqsijiet dwar realtajiet li jeżistu fl-Ewropa.
B’ton ċar u assertiv, Dalli wieġbet mistoqsija dwar id-dritt tal-persuni transgender li jibdlu l-ġeneru tagħhom u qalet li dawn ma jagħmlux b’kapriċċ.
Dalli sostniet “Gender reassignment is not a walk in the park. It’s not something that you would definitely do to compete. It’s something you are born with and which makes your life and those around you very sad and hard. There won’t be the cases which you mentioned. Let’s have some respect to some people who need us to help them, who need us to understand their situation to put on their shoes and walk a few paces in their shoes to understand their realties. This is what we are here for and all about, to help people in situations otherwise they will live in misery.”
Hija wieġbet ukoll dwar id-diskrepanzi fil-pagi u l-pensjonijiet, id-drittijiet sesswali u riproduttivi, u d-direttiva tax-xogħol u l-ħajja fost oħrajn.
Fit-tmiem tal-mistoqsijiet, Dr Dalli saħqet li s-soċjetajiet tagħna huma iktar b’saħħithom meta kulħadd ikun valutat u inkluż.
“In the words of Nelson Mandela, no one is born hating a person because of the color of his skin. People must learn to hate, and if they can be taught to hate, people can learn to love because it comes more naturally”, temmet tgħid il-Kummissarju-nominat Helena Dalli.