Skont investiagturi Eġizzjani, instabu fdalijiet mit-titjira tal-EgyptAir li sparixxiet fuq il-Mediterran ix-xahar li għadda.
Fi stqarrija intqal li kienu identifikati numru ta’ siti fejn hemm il-fdalijiet u li bastiment li jfittex fil-fond tal-baħar bagħat l-ewwel ritratti tal-fdalijiet.
Fuq it-titjira MS804 kien hemm sitta u sittin persuna meta ġġarfet fid-dsatax ta’ Mejju fi triqitha lejn il-Kajr minn Pariġi.
L-ajruplan tat-tip Airbus A320 sparixxa minn fuq ir-radars Griegi u Eġizzjan, apparentament mingħajr ma bagħat talba għall-għajnuna.