Eman Ahmed, li huwa mifhum li hija l-itqal mara fid-dinja, għandha tbissima liema bħala fuq wiċċha wara li għamlet operazzjoni biex tnaqqas il-piż. It-tabib tagħha Dr Muffazal Lakdawala, fl-Indja stqarr mas-CNN li hija reġgħet qed titbissem u saħansitra bdiet tiżfen bil-ferħ fis-sodda tal-isptar.
Eman Ahmed hija Eġizzjana, u qabel marret għall-operazzjoni tagħha fl-Indja hija kienet tiżen 500kg u ma setgħetx toħroġ mill-kamra tas-sodda tagħha għal numru ta’ snin. Kawża tal-piż tagħha hija sofriet minn puplessija. Hija stqarret li kull ġurnata li tgħaddi hija sfida biex tgħix.
It-tabib tagħha spjega li wara l-operazzjoni, l-mara hija stabbli. Biex Eman setgħet tittieħed l-isptar fl-Indja għall-kura, Egypt Air, kellhom jagħmlu titjira speċjali fuq ajruplan tal-merkanzija hekk kif l-akbar sfida kienet li s-servizzi ta’ ajruplan tal-passiġġieri ma jakkomodawx il-bżonnijiet tal-mara u għalhekk kien jeħtieġ li din il-kumpanija tal-ajru tagħmel titjira speċjali biex Eman setgħet tingħata t-tama li tgħix.