Ma kienux biss partijiet mill-ajruplan li nstabu fil-baħar Mediterran wara li ġġarraf ajruplan tal-Egypt Air.
Ħaddiema li qed iwettqu tfittxija sabu wkoll partijiet minn iġsma, siġġijiet u bagalji, madwar 290km mit-tramuntana ta’ Lixandra.
Satelliti spazzjali Ewropej sabu żejt f’wiċċ l-ilma fl-istess zona fejn għeb l-ajruplan, iżda għadu mhux magħruf jekk hix relatata mat-traġedja s’issa.
Il-ħidma ta’ tfittxija qed nkun iffokata l-aktar f’li jintsabu l-flight recorders, li permezz tagħhom ikun jista’ jiġi determinat aħjar x’sar mill-ajruplan. Għalkemm għadu mhux ikkonfermat, jidher li kien att terroristiku.
Grafika tal-BBC
Ritratti ta’ Andrew Parsons, ippublikati fuq id-Daily Mail
Żewġ ħaddiema tal-Egypt Air jikkonslaw lil xulxin meta saru jafu li tilfu lill-kollegi tagħhom
Missier il-ko-pilota Mohamed Mamdouh Ahmed Asem, milqut minn dieqa kbira u msabbar bi kliem ta’ kuraġġ meta żar il-Moskea Al Sedeq, qrib l-Ajruport Internazzjonali tal-Kajr. Hemm inġabru n-nies jitolbu għal dawk li kienu abbord it-titjijra MS804.
Fil-Moskea sar sigħat twal ta’ talb.
Il-familja tal-ko-pilota Mohammad Mamdouh Assem issagrifikaw kollox sabiex seta’ jwettaq il-ħolma li jsir pilota.
Il-pilota jidher fil-lemin u ta’ madwaru huma kollegi tiegħu. L-air traffic controllers qalu li nstema’ f’burdata tajba meta l-aħħar li kellimhom u saħansitra irringrazjahom bil-Grieg, meta għamel l-aħħar kuntatt 25 minuta qabel sparixxa l-ajruplan.
Mervat Zakaria, li tidher fuq il-lemin, kienet cabin manager. Hija kienet attriċi ta’ fama li eventwalment bdiet taħdem ta’ air hostess. Din tar-ritratt hija bintha.
Richard Osman, ġeoloġista li kien qed jivjaġġa fuq xogħol, kien abbord it-titjijra wkoll. Tliet ġimgħat ilu twieldet it-tieni bint tiegħu. Hawn jidher ma’ martu, ta’ nisel Franċiż, li jisimha Aureilie. Fir-ritratt ta’ fuq, jidher fit-tieġ tiegħu.
Marwa Hamdy hija Kanadiża li kienet abbord it-titjijra.
Samar Ezz Eldin ta’ 27 sena kienet flight attendant u fost l-ewwel li ġiet ikkonfermata li kienet fuq it-titjijra. Ftit ilu poġġiet ritratt ta’ ajruplan jiġġarraf fuq il-paġna Facebook tagħha. Fl-istess ritratt tidher flight attendant tidher miexja, bl-ajruplan nieżel fil-baħar warajha.
Bint din il-mara kienet flight attendant.