L-inkjesta dwar ir-rapport Egrant ppubblikata b’mod sħiħ turi kif il-Maġistrat ordna lill-Kummissarju tal-Pulizija jiftaħ proċeduri kriminali kontra Maria Efimova fuq kalunja.
Maria Efimova kienet is-sors ta’ Daphne Caruana Galizia fil-gidba Egrant fil-konfront tal-pulizija u l-Maġistrat Aron Bugeja kkonkluda li Efimova għamlet numru ta’ dikjarazzjonijiet li jirriżultaw li mhumiex veru.
“Għal dan il-għan il-Kummissarju tal-Pulizija qiegħed jiġi ordnat sabiex jibda proċeduri kriminali kontra Maria Efimova għar-reat ta’ kalunja skont l-Artiklu 101 tal-Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta u ta ġurament falz ai termini tal-Artikolu 108 tal-Kodiċi Kriminali,” tgħid l-inkjesta ta’ 1,500 paġna li titlob ukoll passi kontra persuni oħra li uża ħafna l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin.
Tul is-snin Maria Efimova sabet il-protezzjoni ta’ uffiċjali għolja tal-Partit Nazzjonalista fosthom l-eks Kap Simon Busuttil u l-ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa.
Fl-inkjesta nstab li mix-xhieda ta’ Daphne Caruana Galizia, Pierre Portelli u Maria Efimova rriżultaw ħafna kontradizzjonijiet.
Fil-fatt l-inkjesta tgħid: “Hemm diversi punti li Maria Efimova u Daphne Caruana Galizia ma bdewx jaqblu fuqhom kemm bejniethom kif ukoll separatament mal-kumplament tal-evidenza miġbura.”
Il-Maġistrat insista li fost il-kwistjonijiet li ma kienx hemm xhieda li ma rriżultatx li kien hemm aspetti importanti u kruċjali.
“Irriżultaw jew inkompatibbli ma’ xulxin jew kompletament meruti mill-provi miġbura,” qal il-Maġistrat li ta lista twila ta’ fejn ma qablux.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2019/12/18/hareg-kemm-gidbu-fuqi-il-pm-wara-l-pubblikazzjoni-egrant/
http://www.one.com.mt/2019/12/18/il-pulizija-ghaddejja-bl-investigazzjoni-tad-dokumenti-ffalsifikati-tal-egrant/