L-ex spettur tal-Pulizija u ex uffiċjal tal-FIAU Jonathan Ferris għandu jiġu invesigat mill-Pulizija dwar ġurament falz li għamel quddiem il-maġistrat fl-inkjesta Egrant.
Dan joħroġ mill-konklużjonijiet ulterjuri li għamel il-Maġistrat Aaron Bugeja fi tmiem tal-investigazzjoni tiegħu li kkonfermat il-gibda li saret fuq il-Prim Minsitru u l-familja tiegħu permezz ta’ dokumenti foloz.
Jonathan Ferris allega li mill-bank Pilatus sar trasferiment ta’ miljun lill-kumpanija Buttardi li skontu kienet ta’ Michelle Buttigieg u ta’ Michelle Muscat.
Meta din l-allegazzjoni tqiegħdet taħt il-lenti forensika u tal-maġistrat Bugeja, irriżulta li din ukoll kienet allegazzjoni falza li ġiet ippubblikata minn Daphne Caruana Galizia u mtennija minn Jonathan Ferris quddiem l-inkjesta.
Lill-maġistrat Ferris qallu li din kienet f’rapport tal-FIAU u li l-flus għaddew mill-kont ta’ ċertu Leyla Aliyeva.
Iżda l-Maġistrat iddikjara li kemm ix-xhieda teknika u kemm ix-xhieda ta’ rappreżentati preżenti u passati tal-FIAU bl-ebda mod ma kkonfermaw dak li xehed Jonathan Ferris.
Qal li dan ried jingħad ukoll ma’ dak misjub mill-Forensic Accountant Miroslava Milenovic dwar l-interpretazzjoni tal-miljun imsemmi minn Jonathan Ferris.
Il-Maġistrat qal: Anke hawnhekk dak Ii kien qiegħed jallega Jonathan Ferris kien imur kontra dak miktub minn Caruana Galizia u minn dak Ii qalet Ii rat Maria Efimova fil-Bank.
Dan meta Caruana Galizia u Efimova kienu qalu li t-trasferiment kien sar minn ċertu Negarin Sadrhasheminejad u mhux minn Leyla Aliyeva, il-persuna li semma Ferris fl-inkjesta.
Kien għalhekk li l-Maġistrat Buġeja talab lill-kummissarju tal-pulizija biex a bażi ta’ dak li rriżulta mill-provi diretti u d-dokumenti tal-analiżi forensika jinvestiga lil Jonathan Ferris għax fi kliem il-maġistrat juru li hemm prima faciae ġurament falz da parti tiegħu.