Eġizzjan ta’ 19-il sena residenti Birżebbuġa qed isofri minn ġrieħi gravi wara ġlieda fil-venda tal-Furjana. Din il-ġlieda b’injama u sikkina seħħet bejn grupp ta’ Eġizzjani u Sirjani.
Il-Pulizija kienet imsejħa fuq il-post għall-ħabta ta’ 11.30p.m, s-Sibt filgħaxija, wara rapporti li kien hemm ġlieda kbira u li tinvolvi armi.
B’rabta ma’ din il-ġlieda Sirja residenti l-Ħamrun kien arrestat mill-Pulizija.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja