Mustafa Medgad Amin, Eġizzjan ta’ 20 sena nżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti mixli li kellu fuqu ammont kbir ta’ droga, li kienet droga sintetika.
L-Eġizzjan ġie akkużat li d-droga sintetika kienet ghat-traffikar.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Michael Vella qalet li l-Erbgħa, għal ħabta tas-siegħa neqsin kwart, waqt li l-Pulizija bdiet tagħmel ronda ħdejn ġnien fil-Furjana rat raġel li kien suspettuż u nstab b’numru ta’ pakketti tad-droga.
L-imputat, li qal li jorqod barra fit-toroq f’Bormla, wieġeb mhux ħati ghall-akkużi miġjuba kontrih.
Qal li d-droga kienet għall-użu personali tiegħu.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella rrakkomandat lid-Direttur tal-Ħabs sabiex l-imputat jinżamm fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli.