Eġizzjan ta’ 51 sena nżamm arestat wara li tressaq il-Qorti akkużat li stupra lill-eks sieħba tiegħu kif ukoll li hedded lil bintu meta b’idu għamlilha sinja li se jħanxrilha rasha.
Ir-raġel li ismu ma jistax jixxandar huwa akkużat li f’Awwissu li għadda stupra lill-eks sieħba tiegħu, li żammha kontra r-rieda tagħha u li nissel biża fuq l-eks sieħba u bintu.
Fil-qorti ngħad li l-mara kienet għamlet aktar minn mitt rapport fuq ir-raġel. Issemma kif minkejja li kien hemm żmien fejn il-koppja provaw jirranġaw, jidher li l-Eġizzjan ried ikollu x’jaqsam mal-eks sieħba tiegħu meta hi kienet għadha kemm ħarġet mill-isptar. Minkejja li wrietu li ma riditx ikollha x’taqsam miegħu, l-imputat uża l-forza fuqha.