Fil-Qorti dalgħodu beda għaddej ġuri Ahmed El Fadali Enan, Eġizzjan li se qed jiġi mixli b’kompliċità fit-tentatattiv ta’ importazzjoni ta’ 50 kilogramma reżina tal-kannabis mit-Tuneżija lejn Malta.
L-Eġizzja ta’ 52 sena jinsab mixli b’assoċjazzjoni biex tiġi impurtata d-droga, f’każ li jmur lura għall-elfejn u għaxra.
Enan kien tressaq il-Qorti fil-15 Jannar tal-elfejn u għaxra fejn kien ġie mixli wkoll b’pussess ta’ droga kokaina.
Dwar dan il-każ kien għadda proċeduri fil-Qorti Tuneżina, Tano Farrugia, eks plejer tal-futbol, li kien weħel 20 sena ħabs iżda nħeles tliet snin wara minħabba amnestija mill-Gvern temporanju Tuneżin hekk kif kien tela’ President interim.
Farrugia huwa mistenni li jixhed ukoll f’dan il-ġuri.
Fil-ġuri beda jixhed id-Deputat Kummissarju tal-Pulizija Dennis Theuma.