Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ kemm ilhom isiru kuntratti ta’ trasferimenti ta’ art tal-Gvern, mhux biss kien ippubblikat kuntratt li għamel il-gvern, iżda fuq il-mejda tal-kamra tar-rapprezentanti tpoġġew l-annessi marbuta mal-kuntratt.
Dan fil-każ b’rabta mal-art fejn hemm is-sit tal-ITS f’San Ġiljan u fejn issa se jsir il-proġett ta’ City Centre. Dan juri trasparenza sħiħa wara li meta tħabbar il-proġett ta’ €300 miljun il-kuntratt.
Fil-Parlament, il-Ministru Konrad Mizzi spjega b’mod dettaljat il-proċess ta’ kif ingħata l-kuntratt kien ippubblikat minnufih.
Fl-istess ħin irrimarka wkoll kif fl-ewwel għaxar snin l-ekonomija Maltija se tiggwadanja tmien mitt miljun ewro. Dan permezz tal-fażi ta’ kostruzzjoni u iktar flus bil-but tan-nies permezz tal-postijiet tax-xogħol waqt li l-proġett ikun tiela u li jibda jopera.
Il-Gvern se jkun qed iddaħħal mal-€490 miljun fi dħul fl-ewwel għaxar snin tal-proġett. Il-Ministru Mizzi tkellem dwar il-valur tal-art. Qal li l-kumpanija rispetata internazzjonalment Deloitte ġiet ingaġġata biex tagħmel il-valutazzjoni tal-art fl-2016. Qal li l-proċess tal-evalwazzjoni kien wieħed rett u se jservi ta’ mudell għall-proġett futuri.
Fuq kollox ta’ lista sħiħa ta’ eżempji ta’ kif art fi snin oħra ngħatat b’rata ferm orħos milli ngħatat f’dan il-każ, fost oħrajn f’Manoel Island u Tigne, kif ukoll Smart City.
Permezz tal-istqarrija Ministerjali, il-Ministru Konrad Mizzi qal li l-investiment tal-Proġett tas-City Centre se jkun qed isaħħaħ is-settur turistiku li qed bħalissa qed iħalli dħul li jiżboq kull dħul ieħor li kellna fl-aħħar snin. Temm jgħid li dan il-proġett jagħmilna aktar kompettitivi biex ntejbu l-prodott turistiku tagħna.