Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, ilbieraħ qabel li ma għandha tittieħed l-ebda azzjoni dixxiplinarja fil-konfront tad-deputat Edwin Vassallo li fil-Parlament vvota kontra l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar iż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess.
F’kumment dwar din id-deċiżjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal: “Ejja niffukaw fuq l-affarijiet importanti.”
Intqal li fl-istess laqgħa, il-Kap tal-Partit wera l-apprezzamment tiegħu lejn deputati oħra tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li minkejja li kellhom huma wkoll riżervi dwar il-liġi vvotaw favur.