Waqt dibattitu fuq FLiving bejn il-Ministru Julia Farrugia Portelli u d-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo ħareġ biċ-ċar kif il-Partit ta’ Bernard Grech baqa’ ankrat fil-passat.
Dwar emendi fil-liġi tal-IVF, Vassallo qal li ma jridx li bniedem isir oġġett, bl-emendi li saru marbuta mal-IVF u li jagħtu l-opportunità li aktar nies isiru ġenituri.
Julia Farrugia Portelli: “Lin-nisa kont għidtilom Edwin li fuq l-IVF id-dibattitu Parlamentari lill-mara lill-IVF tagħmilha oġġett. Għadek taħsiba l-istess?”
Edwin Vassallo: “Ma nafx f’liem kuntest kont għidtha.”
Julia Farrugia Portelli: “Net News jiġifieri tagħkom stess. Qed jikkwotak fl-2018 inti x’għidt fuq id-dibattitu tal-IVF. Il-liġi se tibda toħloq iltiema ġodda qabel it-twelid u fejn il-mara se ssir oġġett. Għadek temminha?”
Edwin Vassallo: “Jien għidt li jekk l-industrija tal-mediċina tagħmel l-industrija oġġett hi liem hi s-settur tal-mediċina. Il-bniedem ma rridux inħalluh isir oġġett.”
Vassallo kien ivvota u tkellem fil-miftuħ kontra diversi drittijiet ċivili.
Intant il-Partit Nazzjonalista reġa’ nqabad fuq sieq waħda dwar il-proposta tiegħu stess dwar it-tramm li qed jipproponi. Tramm bla binarji li jintuża biss fiċ-Ċina u ġie rifjutat minn pajjiżi oħrajn.
Meta mistoqsi mill-Ministru Julia Farrugia Portelli, Edwin Vassallo ma kienx jaf iwieġeb jekk minħabba din it-tramm hux se tittieħed karreġġjata mit-toroq eżistenti.
Julia Farrugia Portelli: “Mela dan ir-ritratt jitkellem waħdu għax qed naraw din il-ferrovija jew tal-linja sejħula li trid qed tgħaddi għad-direzzjoni tal-Belt Valletta. Mela skond Ryan Callus se nagħlqu karreġġjata waħda, għandi nifhem li int mhux karreġjata waħda għax għandek id-direzzjoni l-oħra? Tweġibni?”
Edwin Vassallo: “Ma nweġbikx”
Vassallo qal dan wara li diġà kien hemm kontradizzjoni bejn żewġ kandidati Nazzjonalisti fuq l-istess tramm. Id-Deputat Nazzjonalista Ryan Callus kien qal li se tittieħed karreġġjata oħra filwaqt li d-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina qal bil-kontra.
Dwar it-tramm, l-unika ħaġa li għamel Edwin Vassallo kien li ħataf ritratt tat-tramm li bdiet turi l-Ministru Farrugia.
Fl-istess programm, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo ma kienx jaf jirrispondi dwaru stess.
Julia Farrugia Portelli: “Jiddispjaċik int li eżempju meta aħna ndirizzajna l-komunità ta LGBTIQ f’pajjiżna int attakkajtom għal mod kif tkellimt fil-parlament. Għat-tielet sena konsekuttiva Malta tibqa’ l-iżjed pajjiż fid-dinja bl-aqwa drittijiet. Kuntent għal din l-istatistika?”
Edwin Vassallo: “Kompli”
Julia Farrugia Portelli: “Kuntent?”
Edwin Vassallo: “Kompli issa nara”
Julia Farrugia Portelli: “Kuntent? Qed insaqsik”
Karl Bonaci: “Tista’ twieġeb.”
Edwin Vassallo: “Jien kuntent bit-tajjeb li jsir”