Hekk kif illejla l-Parlament approva ligi storika, il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ, Edwin Vassallo qam minn postu u qal li se jerġa’ vvota kontra.
Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li qam fil-Parlament jitlob biex kull deputat jiddikjara l-vot tiegħu.
Iżda, skont il-proċeduri Parlamentari din it-talba ma setgħetx issir minn naħa tal-Prim Ministru u għalhekk kellu jaqbel il-Kap tal-Oppożizzjoni.
Iżda f’dak il-mument qam Edwin Vassallo u qal li se jerġa’ jivvota kontra.