L-eks Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo akkuża lill-Partit ta’ Bernard Grech li sar partit populist.
Huwa kiteb dan fil-paġna tiegħu fuq Facebook fid-dawl tar-risposti ambigwi li l-Kap Nazzjonalista ta dwar l-abort fil-programm Xtra fuq l-istazzjon nazzjonali aktar kmieni din il-ġimgħa.
Fil-kritika tiegħu, Edwin Vassallo akkuża lill-Partit Nazzjonalista li issa sar jadotta l-pożizzjonijiet tiegħu dwar il-kwistjonijiet li jkollu quddiemu skont kemm ikunu se jrebbħuh voti u mhux skont kemm ikunu moralment ġusti.
Dan, qal Vassallo, ifisser li jekk jibqa sejjer hekk il-Partit Nazzjonalista se jsir partit populista li ma jimpurtahx min dak li huwa ta’ ġid għan-nies
L-eks deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo huwa magħruf bħala wieħed mill-esponenti ewlenin tal-fazzjoni konservattiva fil-Partit Nazzjonalista, li bħalissa jinsab fi kriżi anki kaġun tat-tensjoni bejn dawk li huma konservattivi u dawk li huma aktar liberali fi ħdanu.