Fil-Parlament, waqt id-diskussjoni tal-estimi finanzjarji għall-Ministeru tal-Ekonomija, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal kif Gvern Laburista huwa gvern assenti.
Irrepeta din id-dikjarazzjoni f’diskors ta’ madwar kwarta li kellu: “Gvern absent, assenti. Gvern assenti. Hawn għandna Gvern assenti.”
Skontu, il-Gvern jinsab hekk: “Spiċċa f’panic station.”
Id-Deputat Nazzjonalista, li kien fisser il-vouchers li ta l-Gvern bħala tal-mistħija, fil-Parlament qal li għandna ekonomija finta: “Kienet fażula, kienet ekonomija finta.”