It-Tlieta filgħaxija fil-Parlament, id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo kompla mal-messaġġ negattiv tal-Kap Adrian Delia li għajjar lil Gvern bla moħħ fuq l-ekonomija u ħadha qatta’ bla ħabel kontra ħidmet il-Gvern marbuta mal-pandemija.
Edwin Vassallo qal lil Gvern li hu tal-ħabba gozz anki wara li l-għaqda dinjija tas-saħħa għażlet lil Malta bħala mudell għal mod kif qed tikkontrolla l-imxija.
Quddiem l-istudju tal-Università rinomata Amerikana, Columbia University fi New York li poġġa lil Malta bl-aqwa fid-dinja fejn jidħlu miżuri t’għajnuna lin-negozji u lill-ħaddiema, Edwin Vassallo beda jagħti b’idejh u kien isteriku.
Intant Edwin Vassallo, l-istess persuna li vvota kontra l-liġi tal-ugwaljana fiż-żwieġ u anke dik tal-liġi dwar il-vjolenza domestika, qal Get your act together, Mr Government lil Gvern.