ONE Productions Ltd tħabbar il-ħatra tas-Sur Edward Montebello bħala Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ ONE mil-lum it-Tnejn 16 ta’ Marzu 2020.
Is-Sur Montebello għandu 33 sena u huwa kkwalifikat fl-Istorja b’baċellerat bl-unuri u PGCE.
Huwa se jkun qed jidħol f’din il-kariga, wara li fl-aħħar snin serva bħala ġurnalist ta’ ONE News, fosthom, bħala Assistent Kap tat-Taqsima.
Is-Sur Montebello fl-aħħar snin kien responsabbli ukoll għal bosta produzzjonijiet ta’ ONE fosthom dokumentarji ta’ natura ġurnalistika storika.
ONE Productions Ltd tirringrazzja lis-Sur Owen Galea li qed itemm il-ħidma tiegħu bħala Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ ONE u tawguralu l-isbaħ affarijiet fil-ħidma il-ġdida tiegħu.