Iktar kmieni llum l-edukaturi li jaħdmu fl-iskejjel tal-Istat, inkluż Kapijiet u Assistenzi Kapijiet, Uffiċjali Edukattivi, Kapijiet tad-Dipartimenti, għalliema, LSEs u KGEs, ġew notifikati permezz ta’ e-mail dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-titjib fis-salarji u l-allowances li jolqtu lilhom.
L-edukaturi jistgħu jaċċessaw il-ftehim li ntlaħaq bejn il-Gvern u l-MUT.
One News infurmat li ‘l fuq minn 7,000 edukatur fl-Iskejjel tal-istat irċieva din l-email personalizzata bil-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-salarji tagħhom b’mod individwali.
Il-Gvern iffirma l-ftehim mal-Unjin tal-Għalliema nhar il-21 ta’ Diċembru li għadda u dan il-ftehim ġie effettiv minn dan ix-xahar, li se jiġi rifless fis-salarju ta’ Frar.