L-edizzjoni ta’ Arani Issa tal-lum se tkun waħda speċjali, hekk kif waqt il-programm se jinġabru flus għall-missjoni.
Il-flus kollha li se jinġabru f’dan il-programm fuq ONE se jmorru għat-tfal f’pajjiżi foqra biex ikunu jistgħu jieħdu l-edukazzjoni, ikollhom aċċess għall-ikel u ilma u anke jkollhom kura adegwata.
Il-preżentatur ta’ Arani Issa, Joseph Chetcuti għandu dan l-appell.
Qal, “Se niġbru għal tfal tal-missjoni partikolarment dawk id-djar li Dun Ġorġ Grima tant ħadem biex iwaqqaf fil-pajjiż tal-Afrika, Etjopja, Kenja. Hemmhekk għandek eluf ta’ tfal u aħna nħossu s-sħana fis-sajf ikollna l-għatx, dawn hemmhekk m’għandhomx ilma, ikel u mediċini u għalhekk Arani Issa ried illi dan is-sajf jagħmel differenza lil dawn it-tfal li Dun Ġorġ Grima qed jgħidilna iġbru ħa nitimgħu u nagħtu xorb u mediċini lit-tfal tiegħi.”