Illejla wara l-aħbarijiet, edizzjoni speċjali tal-programm ‘360’ fuq ONE ser ikun qed jiddiskuti l-aħħar żviluppi b’rabta mal-kriżi fil-Partit Nazzjonalista u l-konfużjoni fuq il-bankijiet tal-oppożizzjoni.
Dan wara li l-bieraħ filgħaxija d-deputati Nazzjonalisti Chris Said u Claudette Buttigieg marru għand il-President ta’ Malta b’isem tal-magħżula Therese Comodini Cachia, biex tkun hi kap tal-oppożizzjoni.
Madankollu għal dan f’messaġġ li ta fuq il-midja tiegħu tard bil-lejl Delia fetaħ attakk mill-ġdid fuq id-deputati tal-fazzjoni l-oħra. Dan filwaqt li stqarr li l-kostituzzjoni ma tħallix lid-deputati Nazzjonalisti jneħħuħ minn Kap tal-Oppożizzjoni.
Dan u aktar b’diskussjonijiet ma’ opinjonisti llejla fuq il-programm 360 fuq ONE.
Titilfuhx.