Ġie mħabbar għal darb’oħra l-Levant Gozo Music Fest li ser isir ħdejn il-Heliport t’Għawdex, nhar il-1 ta’ Settembru mid-9 ta’ filgħaxija ‘l quddiem.
Il-festival jikkonsisti minn xelta ta’ ġeneri ta’ mużika differenti fosthom; orkestra ta’ pop u rock hits, mużika elettronika, mużika psikedelika, ska u reggae, fostoħrajn.
Din is-sena wkoll il-festival jikkonsisti wkoll minn line up ta’ mużiċisti mill-aqwa fosthom Mae Band, Musea Orchestra, u Junior u l-aħħar u mhux l-inqas, it-Tribali.
Qal, “Festival li ser ikun qed jilqa mijiet u eluf ta’ nies li proprju wkoll ser ikun qiegħed ikollu numru ta’ artisti nazzjonali bħal m’huma it-Tribali, il-Musea kif ukoll Junior B u għaldaqstant dan huwa festival ieħor f’kullana propju ta’ attivitajiet matul is-sajf sabiex propju nibqgħu nattiraw lil din il-gżira, turisti, Maltin kif ukoll nagħtu esperjenza mill-isbaħ lil dawk kollha li propju jiddeċiedu li jqattgħu tali serati magħna”
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru qal ukoll li l-ministeru għal Għawdex jaħdem bla waqfien sabiex jattira turisti ta’ kwalità matul is-sena kollha.
Il-Ministru għal Għawdex temm jappella lil dawk kollha li huma dilettanti u jħobbu t-mużika sabiex jattendu għal dan il-festival mill-isbaħ..
Il-festival se jkun miftuħ għal kulħadd mingħajr ħlas u wieħed jista jikseb aktar informazzjoni fuq eventsingozo.com