Għal sena oħra, se tirritorna l-maratona ‘Caritas Run for Life!’ b’risq l-istess fondazzjoni fit-12 ta’ Mejju.
Din il-maratona, mhix maħsuba biss għall-atleti, iżda anke dawk li jixtiequ jiddevertu filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom.
Il-maratona tal-5km, se tkun qed tibda fis-sebgħa ta’ filgħodu, dik tal-10km, fis-sebgħa u nofs, u l-ġirja tat-tfal, ta’ 2.5km, se tkun qed tibda fit-tmienja u nofs.
Se jkun hemm ukoll żewġ mixjiet oħra, fosthom għat-tfal, li lkoll se jibdew miċ-Ċentru Terapewtiku ta’ San Blas, f’Ħaż-Żebbuġ, Malta.
Ir-rebbieħa se jirbħu diversi premji, fosthom vawċers u trofew, filwaqt li se jingħata wkoll flokk, medalja kommemorattiva, u basket, lil kull min jipparteċipa.