l-attività annwali ta’ Die Cast & Scale Model Society, bl-isem ta’ “The Biggest Little
Motor Show” ser tittella’ bejn is-Sibt 9 u l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru. Din hija esibizzjoni ta’ varjetà kbira ta’ mudelli ta’ karozzi ta’ kull qies u għamla li tkun mistennija minn bosta.
B’kollox ser jipparteċipaw tmienja u erbgħin kollezzjonist,l-akbar numru ta’ parteċipanti f’kemm ilhom jittellgħu wirjiet mill-istess għaqda u għall-ewwel darba, l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ “The Biggest Little
Motor Show” ser tkun qed tittella’ fis-sala ewlenija tal-Iskola Medja fi ħdan il-Kulleġġ ta’
Santa Tereża, li tinsab f’Ta’ Paris f’Birkirkara
Minn barra numru sabiħ ta’ mudelli ta’ karozzi antiki, moderni, sportivi, amerikani, karozzi
mill-films, vetturi tal-kostruzzjoni, vetturi kummerċjali u oħrajn li kull sena ikunu ferm
mistennija, din is-sena wieħed ser ikun jista’ jara varjetà ta’ dioramas, li huma xeni li jissimbolizzaw post replikat jew post ivvintat komplut b’kull dettall li nsibu fil-ħajja reali.
Fost dawn id-dioramas, wieħed ser ikun jista’ jara diversi garaxxijiet, diversi
parkeġġi li fihom ser jinkludu diversi mudelli bħal karozzi tal-linja, sit tal-kostruzzjoni u ħafna
oħrajn.
Esebit għall-ewwel darba se jkun hemm ukoll mudell ta’ rig taż-żejt kif ukoll diversi
mudelli mill-film popolari ta’ Fast & Furious.
Din il-wirja tiftaħ għall-pubbliku nhar is-Sibt 9 ta’ Diċembru
mid-9am sat-8pm. Il-Ħadd 10 ta’ Diċembru tiftaħ l-istess ħinijiet. It-Tnejn 11 u t-Tlieta 12 ta’
Diċembru, il-wirja tiftaħ mit-3pm sat-8pm, filwaqt li l-Erbgħa 13 ta’ Diċembru, Festa Pubblika,
il-wirja tiftaħ mid-9am sal-5pm. Id-dħul għall-wirja huwa mingħajr ħlas.