L-Editorjali tal-ġurnali lokali komplew jiktbu dwar kif l-eżitu tal-inkjesta Egrant, li ikkonfermat li l-kumpanija ma kinitix la tal-Prim Ministru, lanqas ta’ martu Michelle Muscat u lanqas ta’ qrabatu.
L-Editorjal tat-Times of Malta, kiteb dwar kif l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia immedjatament talab li lill-eks Kap Simon Busuttil sabiex bħala deputat nazzjonalista jissospendi ruħu mill-grupp parlamentari.
Aġir li wassal sabiex tkompli tizdied il-qasma bejn Delia u Busuttil.
Bl-inkjesta Egrant, “Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia prova jolqot żewġ għasafar b’ġebla waħda – li jġiegħel lil Busuttil jerfa r-responsabilita politika tal-mod kif ibbaza l-kampanja elettorali fuq gidba iċċertifikata.
U b’konvenjenza Delia jrid jitfa’ lil Simon Busuttil il barra mill-partit, sabiex ikun jista jieħu l-kontroll tal-Partit Nazzjonalista, kiteb l-Editorjal tat-Times.
L-effett ta’ din id-deċizzjoni fuq il-Partit Nazzjonalista, għadna rridu narawh, kiteb l-Editorjal tat-Times li miegħu ingħaqad l-Editorjal tal-Independent bit-titlu – “Reflections on the Egrant Conclusions.”
Kiteb kif mill-istorja ta’ Egrant, issa gidba iċċertifikat, trid tieħu lezzjonijiet kbar.
L-istorja ta’ Egrant weġġgħet ir-reputazzjoni tal-media maltija, fosthom ta’ dan il-ġurnal, għax ingħataw dokumenti ffalsifikati minn sorsi li mhux ta’ min jorbot fuqhom, zied l-Editorjal tal-Independent b’referenza ċara għad-dokumenti li ħa Pierre Portelli lill-Maġistrat.
L-Editorjal kompla jzied li l-media f’Malta iridu joqgħodu aktar attenti, speċjalment fi stejjer li huma diffiċli biex jippruvaw li huma veri.
The Malta Independent kienet minn ta’ quddiem sabiex tirrepeti u tallega stejjer li Egrant hija ta’ mart il-Prim Ministru.
Dak iz-zmien Pierre Portelli li kellu f’idejh it-tmexxija tal-gazzetta ħareġ ruxmata stejjer dwar li l-kumpanija Egrant u kif din kienet tal-Prim Ministru jew ta’ familtu.
Izda l-inkjesta tal-Maġistrat Aaron Bugeja stabbilit li Pierre Portelli idepozita dokumenti fl-inkjesta, li meta ġew annalizzati għal darba tnejn minn esperti forensiċi barranini irriżultaw li kienu foloz tant li l-firem fuqhom meta mqabblin mal-firem ġenwieni ma kinux jaqblu.