L-uffiċċju tal-President tar-Repubblika ħareġ stqarrija biex jiċċara li s-Sur Edgar Preca, ir-raġel tal-President Marie Louise Coleiro Preca, jinsab tajjeb.
Dan wara xi rapporti f’midja internazzjonali li jispeċjalizzaw fil-fake news li qalu li Preca miet. Saħansitra għamlu dan fi storja mħawra sew.