L-eks President u Prim Ministru Eddie Fenech Adami għadda minn proċedura medika relatata ma’ kundizzjoni tal-qalb.
L-intervent fuq Fenech Adami, li għandu 82 sena, kien wieħed pjanat. Huwa jinsab tajjeb u rikoverat u mistenni joħroġ mill-isptar fi ftit jiem.
F’Awwissu li għadda Eddie Fenech Adami kien sofra attakk tal-qalb ħafif.