Filmat fuq il-midja soċjali juri lill-artist ta’ fama dinjija Ed Sheeran jkanta minn fuq dgħajsa fix-Xmara Thames, fil-qalba ta’ Londra. Hawn hu saħansitra ddedika kanzunetta lil mara, li nzertat kienet qegħda tiġri mal-promenade, wara li talabha tagħtih isem ta’ kanzunetta biex ikun jista jkantahielha.
Il-filmat ta’ din il-prestazzjoni fil-pubbliku nxtered fost eluf ta’ ammiraturi fuq il-midja soċjali fi ftit ħin, b’ħafna jiddeskrivuh bħala l-aqwa filmat tal-ġurnata li raw.