Dalgħodu tħabbar li l-kantant Ingliż Ed Sheeran ġej f’pajjiżna fis-sajf tas-sena d-dieħla.
Dan bħala parti mit-tour tiegħu, bl-isem ta’ Mathematics tour.
Fuq is-sit uffiċjali tal-kantant li rebaħ il-premju prestiġġjuż ta’ Grammy, jidher li se jagħmel il-kunċert f’pajjiżna bejn Ġunju u Lulju tas-sena d-dieħla.
Intqal li aktar informazzjoni dwar dan il-kunċert f’Malta se tkun qed toħroġ fis-6 ta’ Novembru li ġej.
Fost il-kanzunetti popolari ta’ Ed Sheeran hemm ‘Perfect’, ‘Shape of You’ u ‘Photograph’.
Dan il-kunċert tal-kantant popolari Ingliż se jsir wara li din is-sena saru kunċerti minn kantanti u mużiċisti ta’ fama internazzjonali, bħal Robbie Williams u Andre Rieu.